Preparamenti
Sabiex nippreparaw għal dan l-avveniment iltqajna filgħodu biex nagħmlu t-taħlita għal-ftajjar u naraw li hemm kollox f’postu u lest biex jigi trasportat lejn il-Mellieħa. Wara, tlajna l-Mellieħa fejn saru iktar preparamenti fuq il-post sabiex insebbħu l-pjazza u noħolqu l-atmosfera għal lejla. L-imwejjed ġew ippustjati, il-logħob tradizzjonali ġie ippreparat, u l-bar imtela b’ikel bnin u xorb.
Matul l-attivita’
X’ħin bdiet tinġabar il-komunita’, rajna li kollox kien ippreparat għall-quddiesa u ingħata bidu għas-serata b’mod spiritwali. Kellna r-rokna ta’ Jum l-Omm, fejn it-tfal setgħu jagħżlu l-frażi tagħhom immnaqqxa fuq l-injam u jpenġu fuqha bħala rigal għal ommhom. Kien hemm logħob tradizzjonali malti għaddej bħal passju u l-logħoba tal-maktur. Kif ukoll saru rakkonti mingħand residenti tal-Manikata fuq memorji tal-passat u kien hemm żgħażagħ iduru man-nies biex niskopru l-laqmijiet li jeżistu fil-Manikata. Apparti min hekk, l-bar irċieva ħafna nies lesti sabiex iduqu l-ftajjar li ppreparajna b-idejna dakinhar.
Konklużjoni
Wara kollox, l-attivita’ kienet ta’ suċċess kbir u ċerti li ħafna nies ħadu gost iqattaw il-lejl magħna. Hekk in-nies ħadu togħma ta kif kienet il-ħajja qabel u erġajna lura għall-għeruq tagħna. Kif rajna li n-nies bdew jaħsbulu żarmajna u naddafna il-post sabiex ta’ warajna isibuħ nadif. Ħdimna tajjeb ħafna bħala tim ta’ żgħażagħ u żgur li lesti għal-dak li jmiss.









